Noti fuq Bejn Ħaltejn 2 © Sa A. Schembri – Sa C. Zerafa – Skola St Joseph, Tas-Sliema min jiflaħ jibni kamra u hemm min jiflaħ jibni villa: sew jekk hu ftit u sew jekk hu ħafna l -impatt ta’ qerda xorta qed isir. Il-kelma “Tinkwetax” fir- raba’ vers bil -puntini wara u bit-tkomplija tal- frażi, “dak li sar sar” jo ħroġ tajjeb ħafna l -attitudni tal- poplu li jiġi jaqa’ u jqum. Ħadd ma jimpurtah mill -azzjonijiet tiegħu, l - aqwa li hu komdu hu. M’hemmx ħsieb fuq il - konsegwenzi li qegħdin hemm diġà imma li kulħadd donnu għami għalihom. Il -kelma “Tinkwetax” tkompli turi kemm hu veru li l-Maltin huma egoisti u ma jinkwetawx meta tinqered art naturali. L-idea li l- bniedem irid jokkupa kullimkien għall - kumdità tiegħu toħroġ tajjeb fit -tieni strofa. Mifsud jistieden lill- qarrej biex jagħmel pass ieħor mal - ħsara li diġà għamel u jibni “ torri” . Jekk m’hemmx iżjed spazju ma jimpurtax, hemm l - arja li tista’ tiġi okkupata wkoll. Fl - aħħar żewġ versi, l- istess bħall - aħħar vers tal -ewwel strofa, il- poeta jerġa’ jenfasizza li m’hemmx għalfejn inkwiet fuq dak li ġara: “Kulma ħlejt kien naqra trab.” L-enfasi fuq l- attitudni ta’ x’jimpurtani hi ċara ħafna. Tinħass ukoll l -arja superjuri tal- bniedem li jaħseb li jista’ jagħmel li jrid. L - għoli tat - torri jissimbolizza s-superjorità tal-bniedem u d-distanza jew id-distakk tal-bniedem mill-art li hi d- dar naturali tiegħu: “Tinkwetax jekk sħaqt l - għelieqi Kulma ħlejt kien naqra trab.” Ifisser li l- għelieqi li kellhom il - ħamrija m’għadhomx importanti u kulma nħela kien ftit trab li mhux se jagħmel differenza. “Dur mal - kosta, fittex rokna” tindika li l-Maltin okkupaw litteralment il- gżira kollha u biex issib ftit spazju trid iddur kull rokna. Il-kelma “boathouse” tfakkarna fil- bini illegali ta’ kmamar żgħar fuq ċerti xtajtiet madwar Malta li ħassru d - dehra naturali ta’ dawn ix -xtajtiet. Jag ħżel il -kelma “boathouse” bl- Ingliż, apposta, biex it- ton ironiku jinħass aktar u juri li filwaqt li dawk li għandhom “boathouse” iħossuhom privileġġjati u komdi, fil -verità dawn in- nies qed jagħmlu azzjoni li tmur kontra l- preservazzjoni ta’ dak li hu nat urali. Il-kelma “boathouse” ma tantx toqgħod għad -deskrizzjoni tal- użu veru ta’ dawn il - kmamar għax fihom issib kull funzjoni li jeħtieġ il - bniedem biex jgħix il - ħajja komda tal -lum. Il- kelma qed tintuża biex tgħatti dak li verament isir u mhux sempliċiment kamra fejn tinżamm id - dgħajsa. L-ironija tibqa’ tinħass fil - kliem li l- poeta jagħżel u jaf li bih se jniggeż.